Skema ta’ Sussidju fuq l-Imgħax ta’ Self għax-Xiri tal-Ewwel Residenza - 2012

l-Awtorita` tad-Djar qed tħabbar skema ġdida mmirata għal dawk in-nies li għandhom l’fuq minn18-il sena u li se jixtru l-ewwel residenza tagħhom.

Is-sussidju li jingħatha huwa ta’ 2.5% fuq is-self mill-banek għax-xiri tal-ewwel residenza mill-privat fuq l-ewwel €80,000 self. L-applikanti ma jridux jaqbżu il-€150,000 self mill-bank u dan jinkludi l-finishings imma jeskludi l-għamara. Din l-iskema toffri sussidju fuq imgħax ta’ self mill-bank li f’ċerti każijiet jista’ jlaħħaq sa €14,500 f’’interessi. Dan ifisser li permezz ta’ din l-iskema jistgħu jiġu ffrankati sa €14,500 fi ħlas ta’ imgħax lura lill-bank.

L-applikanti jibbenefikaw minn dan is-sussidju għall-ewwel 8 snin, filwaqt li dawk l-applikanti li għandhom diżabilta’ jew f’każ li għexu għal xi żmien f’istitut, dar tat-tfal, shelter jew kienu fostered, is-sussidju jingħata għal perjodu ta’ 10 snin.

L-applikanti li huma għarajjes, miżżewġin, separati/divorzjati u għandhom it-tfal jgħixu magħhom ma jridx ikollhom iktar minn €40,000 dħul u aktar minn €40,000 assi. Minn naħa l-oħra, ġuvintur/ xebbiet, separati, divorzjati jew romol mingħajr ulied jgħixu magħhom ma jridx ikollhom iktar minn €25,000 dħul u aktar minn €25,000 assi.

Dawk l-applikanti li jkunu eliġibbli u li jkunu se jibbenefikaw minn din l-iskema huma marbuta b’obbligu li jgħixu fir-residenza għal tal-inqas 10 snin.

Jistgħu jibbenefikaw minn din l-Iskema xerrejja tal-ewwel residenza li ffirmaw il-konvenju tax-xiri mhux aktar minn sitt (6) xhur qabel id-data tal-applikazzjoni tagħhom taħt din l-Iskema u li l-kuntratt tax-xiri għadu ma ġiex iffirmat. Il-konvenju jrid jibqa’ validu mill-inqas sitt (6) xhur mid-data tal-applikazzjoni jew sakemm l-applikazzjoni tiġi approvata.

Din l-Iskema hija miftuħa wkoll għall-persuni legalment separati li jridu jixtru residenza wara s-separazzjoni tagħhom.

Klikkja hawn biex tniżżel l-applikazzjoni u l-kundizzjonijiet għal din l-iskema. Klikkja hawn biex tniżżel id-dikjarazzjoni għat-test tal-mezzi.

Dawn l-applikazzjonijiet se jibdew jiġu milqugħa mill-uffiċjali tal-Customer Care minn nhar it-Tnejn 10 ta’ Settembru 2012 u se tibqa’ miftuħa sakemm jintlaħqu l-ewwel 300 applikant.

Sir Sid Darek - 2013

08.02.2013

Opportunita’ għall-inkwilini ta’ appartamenti tal-Gvern biex jixtru r-residenza tagħhom bi prezz issussidjat.

L-Awtorita` tad-Djar estendiet l-iskema ‘Sir sid ta’ darek’ li kienet diġa’ fetħet is-sena l-oħra. Din l-iskema toffri l-għażla lill-inkwilini li jgħixu f’ appartamenti tal-Gvern bil-kiri biex jixtru l-post fejn joqgħodu bi prezz issussidjat u jkomplu jużawh bħala residenza ordinarja tagħhom.

L-iskema tnediet mill-Onor. Chris Said, Ministru tal-Ġustizzja, Konsultazzjoni Pubblika u l-Familja flimkien ma’ Dott. Albert Buttigieg, Kap Eżekuttiv tal-Awtorita` tad-Djar.

Il-Ministru Said spjega li l-Gvern qiegħed jerġa’ joffri din l-iskema u jibni fuq is-suċċess tal-ewwel skema. Din id-darba qed jiftaħ l-iskema għal-lokalitajiet kollha madwar Malta u Għawdex, jiġifieri kull fejn l-art li fuqha huma mibnija l-appartamenti hi propjeta’ tal-Awtorita’ tad-Djar jew tad-Dipartiment tal-Propjeta’ tal-Gvern. Dan il-Gvern qiegħed jagħmlu, fisser il-Ministru Said, biex jinkoraġixxi lil iktar residenti jsiru s-sidien ta’ darhom filwaqt li jgħinhom finanzjarjament biex jagħmlu dan l-investiment. Huwa fakkar li f’Malta r-rata ta’ home ownership hi ta’ 76%. Il-Ministru Said spjega li l-iskema se tkun qed toffri livelli differenti ta’ sussidju, sa massimu ta’ 60%, fuq il-prezz kummerċjali f’każ li l-applikanti jkollhom assi li ma jaqbżux il-valur ta’ €100,000 bil-Gvern jippreżenta żewġ modi differenti ta’ kif wieħed jista’ jixtri r-residenza li jinsab fiha.

Min-naħa tiegħu Dott. Buttigieg spjega kif, biex jitnaqqas il-proċess tal-applikazzjoni, l-Awtorita` tad-Djar fasslet on line calculator li jinsab fuq il-website www.housingauthority.com.mt. Dan jiffaċilita xogħol u żmien biex l-inkwilini jkunu jistgħu jsiru jafu anke l-prezz issussidjat li jistgħu jixtru bih mill-kumdita’ ta’ darhom.

Is-sussidju għal din l-iskema jinħadem fuq id-dħul annwali tal-inkwilini kif ukoll fuq kemm-il sena jkunu ilhom jikru l-fond bħala kerrejja legali, sa massimu ta’ tletin sena.

Ix-xiri jista’ jsir b’żewġ modi. L-inkwilin jista’ jħallas 10% tal-prezz issussidjat fid-data tal-konvenju imbagħad iħallas il-bqija fid-data tal-kuntratt finali. Mod ieħor ta’ ħlas huwa li jħallas 40% tal-prezz issussidjat fid-data tal-konvenju u l-bilanċ jitħallas f’pagament mensili mingħajr imgħax fuq medda ta’ 15-il sena.

L-Awtorita’ tad-Djar tistieden lil min hu interessat f’din l-iskema biex iniżżel l-applikazzjoni minn fuq il-website tal-Awtorita` stess. L-uffiċju tal-Customer Care ser ikun qed jilqa’ l-applikazzjonijiet mit-Tnejn, 11 ta’ Frar 2013, kull nhar ta’ Tnejn, Tlieta, Ħamis u Ġimgħa bejn it-8.00am u l-11.30am.

Din l-iskema hija miftuħa għall-perjodu ta’ sena. Il-kundizzjonijiet jistghu jitnizzlu minn hawnhekk. Ghafas hawn jekk trid tara l-kundizzjonijiet bil-Malti jew hawn jekk tippreferihom bl-Ingliz.

New Minister Visits HA Offices

The newly appointed Minister for the Family and Social Solidarity visited the Housing Authority offices today.

The Honorable Minister Marie-Louise Coleiro Preca met with tthe Housing Authority staff members. She also had the opportunity to discuss the way forward with the CEO, Dott. Albert Buttigieg.

The staff within the Housing Authority wishes the new minister the very best for her new responsibilities.

New Board of Directors for the Housing Authority

During a press conference held this morning, the Honorable Minister Marie Louise Coleiro Preca, announced the appointment of Ms. Antoinette Vassallo and Mr. Robert Ducker as the new Chairperson and Vice-Chairperson of the Housing Authority Board of Directors, respectively. The following Board members were also appointed: Prof. Lino Bianco, Arch. Alex Buontempo, Mr. Ivan Grixti, Ms. Margaret Quintano, Ms. Helen Mallia and Secretary to the Board, Dr. Ray Zammit.

Ms. Vassallo was Mayor of Ta’ Xbiex for the past fourteen years and also served on the EU Committee of Regions. In addition, she was a member of the Malta Communications Authority Board.

Ms. Vassallo started her working career as an Operating Theatre Nurse. She is married to Dr. Adrian Vassallo, who has been a Member of Parliament, and is a mother of four.

Mr. Ducker is a professional in the financial sector with 35 years of experience within the Banking sector. He has worked for a number of years at the Bank of Valletta in various departments, ranging from Financial Markets, Private Banking and Branch Management. He was also a member of the House View Investment Committee, Wealth Management Forum and BOV Marketing Integration Council.

The Chief Executive Officer of the Authority, Dott. Albert Buttigieg, on behalf of the management and the Housing Authority staff members, thanked the previous Chairperson and Board members, and wished the new Board the very best for their responsibilities towards a more socially inclusive society.